Stil Malti. Mentalità moderna.
Il-kollezzjoni Nelson.
Mhux sempliċiment prodotti. Għodda għall-istil tiegħek. Ittestjati minna u għeluf ta’ klijenti. U fwejjaħ ta’ kwalità għolja perfetti għal kull okkażjoni.
Imsemmijin bil-Malti.
Tal-ifjen kwalità.
Imsemmijin bil-Malti. Maħluqin b’għan. Kull prodott Nelson huwa magħżul, ittestjat u użat minna stess — b’kwalità li tirrifletti min aħna.
Ingredjenti tajbin, identità Maltija u prodotti maħsuba għal dehra moderna.
“Li kieku ma nużawhx fuq xagħarna stess, ma inpoġġux isimna fuqu.”
— — Gary u Sam
Il-kollezzjoni ta' styling.
Kremi, sprays, mousses, u dust — kull wieħed speċifiku. Staqsi lil Gary jew Sam liema jaqbel mal-istil ta’ xagħrek.

KREMA
Curl Defining Cream
Agħti Ħajja Lin-nokkli Tiegħek.
KREMA huwa curl defining cream maħluq biex jaghti forma sabiħa lin- nokkli naturali filwaqt li jżomm ix-xagħar artab, ikkontrollat u mingħajr frizz. jżomm ghal hin twil u jgħin lin-nokkli jibqgħu definiti matul il-ġurnata kollha mingħajr ma x-xagħar thossu tqil jew iebes, filwaqt li l-finish kemmxejn wet-look jagħti dehra friska u idratata. Bir-riħa taż-żebbuġa, KREMA huwa favorit fost il-klijenti tagħna għal nokkli nodfa, naturali u efortless.

RAGĦWA
Wet Look Mousse
Il-Wet Look Perfett.
RAGĦWA huwa mousse jaghti wet look maħluq għal kwalunkwe stili differenti u jleqq. Perfett għall-classic slick look — jew kif inhu magħruf illum, il-flow — jagħti l-aktar wet look mill-kollezzjoni tagħna filwaqt li jżomm ix-xagħar artab u naturali. Bil-hold qawwi tiegħu u r-riħa ħelwa tal-frawli, RAGĦWA sar wieħed mill-aqwa prodotti tagħna.

MELĦ
Sea Salt Spray
Xagħar ta` wara il- baħar, fil-flixkun.
MELĦ huwa sea salt spray maħluq biex iżid texture, volum u movement naturali f` xagħarek. Ispirat minn kif jidher ix- xagħar wara qabża il- baħar, jagħti rizultat messy u modern filwaqt li jżomm ix-xagħar reworkable u low maintenance matul il-ġurnata kollha. Sempliċiment sprejja ftit fuq ix-xagħar u jibqa’ jidher frisk, textured u stylish għal sigħat sħaħ. Bir-riħa friska tiegħu tal-bahar, MELĦ huwa perfett għal stili modern ta’ kuljum.

TRAB
Volumizing Hair Dust
Volum Li Jispikka.
TRAB huwa volumizing hair dust maħluq biex jagħti l-aktar texture, grip u volum mill-kollezzjoni tagħna. Perfett għal xagħar irqiq jew lixx, jagħti hold u jagħmel ix-xagħar jidher aktar mimli filwaqt li jibqa’ ħafif u naturali. Sempliċiment poġġi ftit minnu fuq xagħarek u jibqa’ textured u bi stil il-ġurnata kollha. Bir-riħa tiegħu ta’ fwieħa maskili, TRAB huwa perfett għal hairstyles messy u textured b’hold qawwi u volum kbir.

KOLLA
Duo Styling Kit
Žewġ prodotti. Finitura waħda. Ħallat, applika, agħmilha tiegħek.
L-aħjar jinbigħ bħala pakkett. Iddisinjat biex jitħalltu flimkien qabel l-applikazzjoni. Dija klassika, hold b'saħħtu ħafna, finitura premium. Wieħed iriħ bħaċ-ċitru u l-vanilla, l-ieħor bħaż-żebbuġ.

ILMA
Leave-In Conditioner
Xagħar naturali u healthy, mingħajr ħafna logħob.
ILMA huwa leave-in conditioner, ħafif u maħluq biex jagħti stil ħafif lix-xagħar filwaqt li jżommu artab, b’saħħtu u faċli biex timmaniġġjah. Il-formula tiegħu water-based tgħin tnaqqas nixfa u frizz mingħajr ma tħalli x-xagħar tqil. ILMA jħalli x-xagħar aktar frisk, artab u b’dehra naturali u healthy matul il-ġurnata kollha.
Il-kollezzjoni tal-wax.
Kollha iżommu u ileqqu b’mod differenti.

ABJAD
Heavy Pomade
Eleganza klassika, qawwa moderna.
ABJAD huwa pomade b’saħħtu maħluq għal raġel li japprezza l-istil klassiku. Iżomm ħafna u jleqq ukoll, huwa perfett għal stil tal- ferq, u min jitfa xagħru lejn il-ġenb, dehriet eleganti li dejjem jibqgħu moda. Joffri kontroll eċċellenti matul il-ġurnata kollha filwaqt li jżomm xagħrek pulit u professjonali.

IKĦAL
Paste Clay
Aktar Texture. Aktar Stil.
IKĦAL huwa clay b’hold qawwi u finish kważi kompletament matt (jleqq tikka). Maħluq għal min iħobb dehra naturali b’aktar movement u flessibbiltà, filwaqt li xorta jżomm il-xagħarek f’postu matul il-ġurnata. Perfett għal qatgħat tax- xagħar textured u moderni, jagħti kontroll, definizzjoni u dehra nadifa mingħajr ma jidher tqil jew eċċessivament matt.

AĦDAR
Golden Fiber Wax
Magħmul Biex Jispikka.
AĦDAR huwa fiber wax b’hold qawwi u finish tleqq li tispikka. L-aktar prodott li jleqq fil-kollezzjoni tagħna, maħluq għal min iħobb stili klassici u xagħar tleqq. Il-formula versatili tiegħu tagħti kontroll fit-tul filwaqt li żżomm ix-xagħar flessibbli u faċli biex terġa’ tistiljah.

AĦMAR
Defining Cream
Hold ħafif. Moviment naturali.
AĦMAR huwa defining cream ħafif maħluq biex itejjeb it-texture naturali tax-xagħar filwaqt li jżommu artab u faċli biex timmaniġġjah. B’hold medju u jleqq ftit, jagħti dehra naturali u rilassata mingħajr ma jħalli x-xagħar iebes jew tqil. Perfett għal stili ta’ kuljum u għal min jippreferi finish nadif, flessibbli u mingħajr ħafna effort.

ISFAR
Matte Clay
L-Aktar Matt Mill-Kollezzjoni.
ISFAR huwa clay b’hold qawwi u huwa kompletament matt. L-aktar prodott matt fil-kollezzjoni tagħna, maħluq għal min iħobb texture naturali mingħajr ma jleqq. Jagħti kontroll fit-tul, volum u definizzjoni filwaqt li jżomm ix-xagħar b’dehra moderna u naturali. Perfett għal xagħar textured u stili li jeħtieġu hold qawwi matul il-ġurnata kollha.
Ħalli xi ħaġa warajk.
Kollezzjoni ta’ fwejjaħ għal kull tip ta’ okkażjoni. Il-kumplimenti żgur mhumiex se jonqsu.

FIDDA
Eau de Parfum
Friska bħal arja tal-muntanji.
FIDDA — Eau de Parfum Fwieħa unisex friska tas-sajf ispirata mill-arja kiesħa tal-muntanji u ilmijiet alpini nodfa. Noti taċ-ċitru, green tea, blackcurrant u musk ħafif joħolqu atmosfera nadifa, eleganti u friska għal tul il-ġurnata. Perfetta għal ġranet tas-sajf, serati ħdejn il-baħar, vaganzi u everyday wear meta trid tinxtamm frisk, nadif u effortless.

ORANĠJO
Eau de Parfum
Ċitru, xemx u baħar.
ORANĠJO — Eau de Parfum Fwieħa unisex vibranti tas-sajf ispirata mill-kosti Mediterranji. Noti friski taċ-ċitru, larinġ mmerraq, friskezza tal-baħar u atmosfera xemxija, friska u addictive.

SUMMER BUNDLE
Eau de Parfum
It-Triloġija tas-Sajf — Issa 20% Off.
Skopri l-kollezzjoni kompluta tas-sajf ta’ NELSON b’ORANĠJO, TURKWAZ u FIDDA — tliet fwejjaħ ispirati minn naħat differenti tas-sajf Mediterranju. Minn sunsets mimlijin ċitru u arja friska tal-baħar sa friskezza alpina nadifa, kull fwieħa ġġib atmosfera differenti filwaqt li żżomm identità moderna u raffinata. Tista’ tilbeshom skont il-burdata jew iddawwarhom matul is-sajf kollu. Ikseb 20% off meta tieħu l-kollezzjoni kollha.

TURKWAŻ
Eau de Parfum
Riħa nadifa li tispikka.
TURKWAŻ — Eau de Parfum Fwieħa unisex lussuża tas-sajf b’noti taċ-ċitru, bergamot, ginger, neroli, black tea u sapun. Atmosfera friska, eleganti u raffinata għal min iħobb jinxtamm nadif u effortless.
Stockja l-Prodotti Nelson.
Qed tfittex li żżid il-prodotti tagħna fil-barbershop, salon jew kwalunke ħanut tiegħek? Naħdmu ma’ barbershops, resellers u kumpaniji għal rigali korporattivi u pakketti personalizzati madwar Malta.
Irreserva l-prodott tiegħek.
Ibbukkja l-qatgħa tiegħek u għidilna x’trid — ikun lest meta toqgħod bilqiegħda. Iġbru, ippruvah, ħallas fis-salon.
